Jispiċċa l-ħabs wara li ammetta li wettaq fastidju sesswali

Somalu ta' 28 sena ammetta l-akkużi kollha mressqa kontrih

Somalu ta' 28 sena li huwa residenti l-Marsa ngħata s-sentenza ta' sitt xhur priġunerija wara li ammetta li wettaq fastidju sesswali fuq tfajla Maltija.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħodu fil-Belt Valletta.

Iż-żagħżugħ kien akkużat ukoll li ta fastidju lill-mara, wettaq ħsara fil-mowbajl li kienet qed iġġorr u li kiser il-paċi pubblika.

II-Qorti rabtet lill-akkużat li ma jersaqx aktar lejn il-vittma b'garanzija personali ta' €300.

More in Qrati u Pulizija