Jitressaq il-Qorti wieħed mill-persuni arrestati f'Ħal Qormi

L-arrest seħħ nhar is-Sibt li għadda waqt rejd li sar f'garaxx u li fih instab ammont sostanzjali ta' droga

Raġel tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar tad-droga wara rejd li sar f’garaxx f’Ħal Qormi u li matulu ġew arrestati għaxar persuni.

L-akkużat li għandu 32 sena u joqgħod il-Furjana, kien akkużat b’pussess ta’ kokaina u erojina, li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest, li wettaq reat waqt żmien ta’ probation u li sar riċediv.

Kien akkużat ukoll li falla milli jmur għal appuntament li kellu fid-Depot tal-Pulizija fil-Furjana kif kien mitlub li jagħmel skont il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest mogħti mill-pulizija.

L-Ispettur Frank Anthony Tabone oġġezzjona li l-akkużat jingħata l-ħelsien mill-arrest għax skontu mhux ta min jafdah.

Il-Qorti ordnat li jinżamm arrestat.

More in Qrati u Pulizija