Żjara f’Malta għal raġel ta’ 36 sena spiċċat ħażin hekk kif ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li nqabad jittraffika d-droga waqt Lost and Found.
Ir-raġel inqabad fil-pussess tal-kannabis u aktar tard waqt tfittxija li saret fil-kamra tal-lukanda nstabet aktar droga. B’kollox il-pulizija sabet 20 pakkett.
Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Il-pakketti kienu jinkludu 65 gramma raża tal-kannabis. Huwa qal li xtaraha biex jaqsama ma’ sħabu.
Apparti minn hekk, fuqu kellu €2,000 u £735. Huwa qal li ġabhom miegħu biex jgħin ħabib tiegħu li huwa ma jiflaħx.
Minħabba li ma għandu l-ebda rabta f’Malta, il-Maġistrat ma qablitx li jingħata l-ħelsien mill-arrest.