Żewġt irġiel ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-Qorti akkużati li taw xebgħa u daqqiet ta’ sikkina lil raġel ieħor li tilef ħajtu lbieraħ.
Iż-żewġ Libjani ġew akkużati b’umiċidju u fil-Qorti għażlu li ma jlissnux kelma waħda.
Huma kienu akkużati wkoll li kienu qed jippjanaw qtil, li żammew lill-vittma, Libjan ukoll, kontra r-rieda tiegħu, li kienu qed iġorru sikkina mingħajr il-permess tal-pulizija, li kienu fil-pussess ta’ arma u li wettqu ħsara fuq proprjetà ta’ persuna oħra.
Wieħed mill-irġiel kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest filwaqt li l-Libjan l-ieħor kien akkużat li sar reċidiv.
L-Avukati tad-Difiża qalu li l-akkużati qed iwieġbu mhux ħatja iżda ma talbux għall-ħelsien mill-arrest.