Għada deċiżjoni dwar il-ħelsien mill-arrest tas-sieħba taċ-Ċiniż

...hija qed tkun akkużata mas-sieħeb tagħha u ħuħ b'ħasil ta' flus

L-aħwa Degiorgio
L-aħwa Degiorgio

Is-sieħba ta' George Degiorgio, magħruf bħala 'ċ-Ċiniż,' mistennija tingħata l-ħelsien mill-arrest wara li flimkien ma' Degiorgio u ħuħ 'il-Fulu' qed ikunu akkużati b'ħasil ta' flus.

Il-Maġistrat Joe Mifsud kompla jisma' l-każ dalgħodu hekk kif aktar xhieda tkellmu fuq it-trasferimenti ta' karozzi lussużi u dan meta ħadd minnhom ma jaħdem.

Għada filgħodu, il-Qorti mistennija tiddeċiedi dwar il-ħelsien mill-arrest u anke tgħid x'se jkunu l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u jekk hemmx biżżejjed provi biex jitpoġġew taħt att ta' akkuża.

Huma tressqu l-Qorti ħmistax ilu, wara li l-istil ta’ ħajja li jgħixu, il-karozzi u d-dgħajjes li huma sidien tagħhom, qajmu suspett fost il-pulizija li ddeċidew li jidħlu aktar fil-fond u jinvestigaw.

Il-Pulizija innutat dan fl-investigazzjoni tagħha dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, li l-aħwa Degiorgio qed ikunu akkużati dwaru. 

 

More in Qrati u Pulizija