Raġel minn Tripli tressaq il-Qorti wara li ma ddikjarax li kien se jdaħħal f’Malta €25,000 fi flus kontanti.
Skont il-liġi, kwalunkwe ammont li jissupera l-€10,000 għandhom ikunu ddikjarati lid-Dwana malli persuna tasal jew tkun se tħalli Malta.
Skont l-avukat tad-difiża, ir-raġel ma kienx jaf bil-liġi u ġie bil-flus hekk kif kien se jagħmel konvenju biex jixtri proprjetà hawn f'Malta.
Il-Qorti ordnat li jiġu kkonfiskati €15,555 u ordnatlu jħallas multa li tammonta għal 25% tal-ammont globali, biex hekk, b'kollox, ittiħdulu ftit inqas minn €22,000.