Sitt snin ħabs għas-sidien ta' Palumbo misjuba ħatja b'rimi ta' skart kimiku perikoluż
Huma mistennija jappellaw din id-deċiżjoni mogħtija minn qorti f'Messina
More in Qrati u Pulizija
Huma mistennija jappellaw din id-deċiżjoni mogħtija minn qorti f'Messina
Is-sid ta’ Palumbo Shipyards Antonio Palumbo u ibnu Raffaele, ingħataw sentenza ta’ sitt snin ħabs kull wieħed wara li nstabu ħatja li ramew b’mod illegali skart kimiku perikoluż.
Iż-żewġ negozjanti, kienu fost seba’ persuni misjuba ħatja minn Qorti f’Messina li ffaċilitaw ir-rimi ta’ tunnellati sħaħ ta’ skart kimiku li kien jintuża għat-tiswija tal-vapuri, bejn l-2011 u l-2013.
Skont rapporti, l-avukati tagħhom mistennija jappellaw mis-sentenza
Antonio Palumbo dejjem ċaħad l-akkużi tant li dejjem saħaq li l-akkużi kienu motivati politikament. F’intervista ma’ The Times of Malta fl-2013, Palumbo kien saħaq li l-każ huwa frott “is-sistema politika delikata,” fl-Italja.
Kollox beda meta uffiċjali Taljani kienu qablu l-materjal perikoluż mormi ma’ kampjuni ta’ materjali oħra fil-faċilità ta’ Messina ta’ Palumbo.
Il-każ kien wasal f’Malta wkoll fejn l-awtoritajiet kienu fetħu investigazzjoni fuq il-faċilità Maltija wara informazzjoni li kimiċi simili kienu ġew mormija f’Malta u midfuna taħt il-konkrit.
Wara diversi spezzjonijiet kien irriżulta li materjal simili għal dak misjub f’Messina kien preżenti wkoll f’kampjuni minn konkrit elevat mill-faċilità f’Malta.
Il-MaltaToday kienet saħansitra irrappurtat li l-investigazzjoni dwar dan kienet intemmet fl-2016 bl-Awtorità tal-Ippjanar u awtoritajiet oħra kienu għaddejin b’diskussjonijiet biex ikunu determinati l-passi li għandhom jittieħdu.