Il-Qorti sabet żagħżugħ ħati li kien kważi tajjar pulizija f'karozza misruqa u tagħtu ngħata probation talli ħalla l-karozza mhux imsakkra.
Il-każ imur lura għal Ottubru meta żagħżugħ li ismu ma jistax ikun ippublikat, seraq karozza tat-tip Nissan fl-Imsida. Il-pulizija kienu sabu l-karozza misruqa waqt ronda li kienu qed jagħmlu. L-akkużat kien qed isuq ma' tfajla.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, qalet illi ma ssib ebda diffikultà illi temmen il-verżjoni tal-Prosekuzzjoni u qalet illi ż-żagħżugħ kien qed jipprova jimpressjona lit-tfajla.
Minkejja kollox, il-Qorti qalet illi l-akkużat għamel 'progress enormi' fil-imġieba tiegħu. Fil-fatt jidher illi wara li ngħata l-ħelsien mill-arrest iddedika l-ħin tiegħu għax-xogħol u l-istudju, tant illi impressjona lilll-Uffiċjal tal-Probation b'dan il-progress.
It-testijiet kollha għad-droga irriżultaw fin-negattiv.
Għal din ir-raġuni l-Qorti ssospendietlu l-liċenzja għal sena u tliet snin taħt ordni ta' probation, billi l-akkużat ikun issorveljat u jsir rapport dwar il-progress tiegħu kull sitt xhur.
L-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia ffurmaw id-difiża.