Mara li tressqet il-Qorti akkużata li serqet iPad ta’ konsulent f’Mater Dei ngħatat sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.
Il-mara, li għandha 59 sena, kienet akkużata li serqet il-baskett tal-konsulent u anke l-iPad tiegħu minn lift l-Isptar Mater Dei.
Fil-Qorti nstema’ kif il-mara ppruvat tbigħ l-iPad.
Il-Prosekuzzjoni akkużata wkoll li ppruvat tkun reċidiva. Hija wieġbet mhux ħatja għal din l-akkuża.
Meta l-Prosekuzzjoni waqqgħet din l-akkuża, il-mara wieġbet li kienet ħatja għall-akkużi l-oħra marbuta ma’ serq.
Fil-Qorti ntwera wkoll filmat minn CCTV li juri l-mara titlaq tiġri bl-Ipad tal-konsulent.
Anke jekk ammettiet l-akkużi, l-istess mara ma riditx li tingħata għajnuna legali.