Żewġ xufiera ċaħdu l-akkużi miġjubin kontrihom illi kellhom x'jaqsmu ma' tifla taħt l-età li kienu qed jieħdu għall-iskola permezz tal-minibus.
Il-Maġistrat sema' kif iż-żewġ irġiel ta' nazzjonalità Indjana saru ħbieb mat-tifla fuq il-midja soċjali qabel l-allegat inċident ħareġ fil-beraħ.
L-avukat difensur talab għall-ħelsien mill-arrest hekk kif sa issa għadhom ma tressqu ebda provi kontra l-klijenti tiegħu.
"Ma nafu xejn iktar għajr l-akkuża u għadu kmieni wisq biex il-ħelsien mill-arrest. Kollox jiddependi mix-xhieda tat-tifla," sostna l-avukat difensur.
L-Ispettur John Spiteri u Joseph Xerri u Joseph Xerri oġġezzjonaw għal din it-talba minħabba n-natura tal-każ u anke minħabba l-biża' li wieħed mill-irġiel iħalli l-pajjiż.
Il-Maġistrat ċaħad it-talba u ħeġġeġ lill-prosekuzzjoni biex ittella' x-xhieda malajr kemm jista' jkun.
Fil-każ tat-tieni akkużat, ma saret l-ebda tajba għall-ħelsien mill-arrest u anke dan inżamm arrestat.