Fl-aħħar jumejn, saru diversi spezzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Aġenzija tal-Infurzar Lokali (LESA), sabiex jassiguraw il-ħarsiet tal-liġijiet fit-toroq Maltin.
Dawn saru fil-Marsa u s-Swieqi, fejn kienu mħarrka 43 vettura. Il-kontravenzjonijiet kienu jinkludu veloċità eċċessiva, użu tal-mowbajl waqt is-sewqan, u li ma kienux lebsin ċinturin tas-sigurtà, fost oħrajn.
Apparti dawn, xufier oħra nstabet li kienet qed issuq mingħajr liċenzja u polza tal-assikurazzjoni valida. Il-vettura ġiet irmunkata minn fuq il-post, filwaqt li minnufih inħarġu akkużi għall-Qorti.
F’spezzjoni oħra, instabu żewġ persuni li kienu qed jgħixu Malta illegalment. Dawn ittieħdu f’ċentru ta’ detenzjoni sabiex jibda l-proċess sabiex dawn ma jibgħux fil-pajjiż.
Il-Pulizija kkommettew rwieħhom li dawn l-ispezzjonijiet se jkunu qed ikomplu b’mod konsisteni.