Jipprova jsiefer b'tajr protett ibbalzmat

Huwa nqabad mill-Pulizija waqt kontrolli ta’ sigurta fl-ajruport Internazzjoni ta’ Malta

Il-Ġimgħa 1 ta’ Settembru, inqabad passiġġier ta’ 68 sena mill-Olanda li kien se jsiefer lejn l-Ingilterra, b’numru ta’ tajr ibbalzmat. Dan seħħ waqt kontrolli ta’ sigurta fl-ajruport Internazzjoni ta’ Malta.

Il-Pulizija, bl-assistenza ta’ Uffiċjali mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), kif ukoll dawk tad-Dwana, għamlu spezzjonijiet fuq kaxxa li dan kien qed iġorr. Mit-tfittxija rriżulta li l-kaxxa kien fiha 15-il tajra ta’ speċi varji li kienu se jiġu esportati mingħajr il-permessi neċessarji. 13-il tajra minnhom, ta’ speċi differenti, igawdu protezzjoni għolja taħt il-Liġi Internazzjonali.

Qed jiġi allegat li dan ir-raġel huwa nvolut f'negozju illegali internazzjonali.

Ir-raġel tressaq quddiem il-Maġistrat Dr Joseph Gatt fejn wieġeb mhux ħati għall-akkużi u nżamm taħt arrest. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija