Raġel ta’ 42 sena ametta li intenzjonalment għamel ħsara fuq propjeta kulturali quddiem il-Maġistrat Lara Lanfranco.
Minekejja li ż-żewġ naħat qablu li mgħandix tingħata sentenza ta’ ħabs, il-prosekuzzjoni talbet li r-raġel jiġi immultat iċ-ċitazzjoni ta’ €6,000 minħabba l-valur tal-propjeta.
Il-Qorti tagħtu sentenza ta’ sentejn ħabs, sospiżi għal-erba’ snin u ordnatu jħallas €6,000 kull xhar fuq perjodu ta’ tlett snin. Huwa ġie ordnat iħallas l-ispejjes tat-tindif ukoll, €790.
Il-Prosekutur Godwin Cini mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali assista lill-ispetturi tal-pulizija Christine Delia, Daryl Borg u Kurt Farrugia.
L-avukat Roberto Spiteri kien avukat difensur.