Iweġġa' wara inċident tat-traffiku fl-Imġarr

Ġuvni ta' 19-il sena iweġġa' gravi f'inċident ta' traffiku  fi Triq il-Ġnejna, l-Imġarr wara li tilef kontroll tal-mutur

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija , sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Ġnejna, l-Imġarr. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ġuvni ta’ 19-il sena residenti l-Mellieħa tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’. 

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija