Raġel ta’ 49 sena kien arrestat mill-Pulizija ftit sigħat biss wara li allegatament ta n-nar xi bins li jinsabu fi Triq Fr. Charles Platter, f’Raħal Ġdid.
Nhar id-19 ta’ Diċembru 2023, il-Pulizija kienet ġiet infurmata, li għall-ħabta tal-erbgħa u għoxrin ta' filgħodu, raġel deher minn fuq filmati tas-sorveljanza jqabbad il-bins bin-nar u jaħrab minn fuq il-post.
Immedjatament bdew l-investigazzjonijiet u t-tfittxijiet għall-persuna li wettqet dan il-ħruq.
B'dan il-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Noel Bartolo li ħatar inkjesta.
Dawn l-investigazzjonijiet wasslu biex ġie identifikat ir-raġel, li jgħix Bormla. Il-Pulizija arrestawh ilbieraħ filgħodu f’Raħal Ġdid.
Waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, huwa mistenni jitressaq il-Qorti l-Ħamis għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana.