10,000 mara Maltija b’sider imkabbar

Kull sena f'Malta qed isiru 600 operazzjoni fi sptarijiet u kliniċi privati

Kull sena jsiru mas-600 operazzjoni f'Malta
Kull sena jsiru mas-600 operazzjoni f'Malta

L-operazzjonijiet tat-tkabbir tas-sider f’pajjiżna saru popolari ħafna u din il-gazzetta hi infurmata li kull sena f’Malta jsiru ’l fuq minn 600 operazzjoni fi sptarijiet u kliniċi privati. Il-pazjenti li jagħmlu l-operazzjonijiet tat-tkabbir tas-sider għandhom etajiet li jvarjaw minn 18-il sena sa ’l fuq minn 60 sena. Hu kkalkulat li b’kollox f’Malta hawn mal-10,000 mara li għandhom sidirhom imkabbar permezz ta’ Breast Implants.

Mir-riċerka li għamilna jirriżulta li l-operazzjonijiet tas-sider tant saru komuni li saħansitra dawn qed jingħataw bħala rigal minn irġiel lis-sieħba tagħhom kemm qabel iż-żwieġ jew wara li s-sieħba jkollha tarbija. Qed jingħataw ukoll minn ġenituri lill-uliedhom bħala rigal f’għeluq it-tmintax-il sena tagħhom. 

Jidher li l-aktar perjodu popolari meta jingħataw dawn l-operazzjonijiet tas-sider bħala rigal hu żmien il-Milied bl-operazzjonijiet isiru matul ix-xhur ta’ Jannar fejn saħansitra f’ġimgħa waħda f’Jannar saru 16-il operazzjoni tat-tkabbir tas-sider.

ILLUM tkellem ma’ uffiċjal fi sptar privat li kkonferma li l-aktar tliet operazzjonijiet popolari huma t-tkabbir tas-sider magħrufa bħala Breast Augmentation, l-operazzjonijiet tal-imnieħer magħrufa bħala Rhinoplasty u t-tielet l-aktar popolari hija l-Abdominoplasty fejn tinqata’ s-sonża żejda minn maż-żaqq. 

More in Socjali