Adolexxenti jiddiskutu s-suwiċidju l-ħin kollu

Fl-aħħar jiem ir-rata ta’ suwiċidju żdiedet
Fl-aħħar jiem ir-rata ta’ suwiċidju żdiedet

“L-adolexxenti Maltin jużaw Facebook biex jiddiskutu s-suwiċidju u dan mhux xi każ remot. Dan qed jiġri l-ħin kollu.” Dan qalu Joe Cassar, kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-edukazzjoni waqt il-programm Reporter. Kien qed jgħid dan meta ġie mistoqsi jekk wasalx iż-żmien li dan it-tabù jiġi diskuss.

Dan intqal wara l-każ riċenti ta’ Lisa Maria Zahra ta’ ħmistax-il sena li ddomina l-aħbarijiet lokali għal dawn l-aħħar ġimgħat, u li bħalissa għaddej każ fuqu fil-qorti fejn Erin Tanti, għalliem ta’ Zahra, qed jiġi akkużat b’omiċidju.
Dan il-każ qanqal diskussjoni kbira u ħafna bdew jiddiskutu s-suġġett tas-suwiċidju, suġġett li normalment hu meqjus bħala tabù u li m’għandux jissemma’ speċjalment fil-qasam tal-mezzi tax-xandir. Dan għaliex hemm min jemmen li aktar ma titkellem fuq is-suġġett aktar hemm iċ-ċans li oħrajn jieħdu ideat simili. Infatti din il-gazzetta hija infurmata li matul dawn il-jiem in-numru ta’ suwiċidji kien aktar min-normal.

 

More in Socjali