18 il-berġa inaċċessibli

“Bħalissa hemm ħdax-il berġa li huma aċċessibbli imma hemm ukoll tmintax oħra li mhumiex. Minn dawn li mhumiex aċċessibbli, tnejn jinsabu f’għases tal-Pulizija.

Berga Luqa
Berga Luqa

“Bħalissa hemm ħdax-il berġa li huma aċċessibbli imma hemm ukoll tmintax oħra li mhumiex. Minn dawn li mhumiex aċċessibbli, tnejn jinsabu f’għases tal-Pulizija. Dawn huma ta’ Marsaxlokk u l-Fgura. Din tal-aħħar dalwaqt timxi għaċ-Ċentru Ċiviku ġdid li qed jibni l-Kunsill u li ħa jkun aċċessibbli.” Dan qalu ċ-ċermen tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità Oliver Scicluna f’kumment ma’ din il-gazzetta wara li kmieni din il-ġimgħa l-istess Scicluna kien mistieden fil-programm Reporter fuq TVM.


Mistoqsi jekk hemmx xi pjan dwar kif se jitwettqu x-xogħlijiet meħtieġa, Scicluna qal “Bi pjaċir nista' ngħid li f'laqgħa maċ-Chief Executive Officer tad-Dipartiment tal-Kura Primarja Dr Renzo Degabriele, iddiskutejna pjan ta' kif il-bereġ li identifikajna u li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tad-Dipartiment isir xogħol fuqhom mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi biex dawn isiru aċċessibbli.” Żied jgħid li x-xogħol involut f'ħafna minn dawn il-każijiet jinvolvi interventi minimi, bħal twaħħil ta’ lqugħ u li jsiru rampi. Jiġifieri m'hemmx bżonn ta' tibdil strutturali.

Rigward il-berġa ta’ Marsaxlokk, Scicluna qal li din tinsab fl-għassa tal-Pulizija u li bħalissa l-KNPD qiegħda f'taħdidiet mal-Korp tal-Pulizija biex issir aċċessibbli. “Fil-fatt, fil-jiem li ġejjin, ħa niltaqa' mal-Aġent Kummissarju tal-Pulizija biex fost affarijiet oħra niddiskutu dwar dan il-punt” temm jgħid iċ-ċermen tal-KNPD.

More in Socjali