Ċentri ta’ tagħlim tul il-ħajja għall-Anzjani
Minn Ċentri ta’ Matul il-Jum għal LifeLong Learning Hubs
More in Socjali
Minn Ċentri ta’ Matul il-Jum għal LifeLong Learning Hubs
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva ħadem biex jittrasforma ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għal LifeLong Learning Hubs, inizjattiva li ser tagħti opportunità lill-anzjani biex jitgħallmu waqt li jkunu qegħdin jattendu ċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum. Din l-inizjattiva qiegħda tittieħed konforma mal-Politika Strateġika għall-Anzjanità attiva.
Dawn iċ-ċentri ser ikunu postijiet ta’ fejn wieħed ikollu l-opportunità li jiftaħ l-orizzonti tal-għarfien tiegħu. Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana ppreżentat ukoll Prospektus varjat u ddettaljat li jista’ jinkiseb miċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tagħna kif ukoll ser ikun aċċessibbli fuq il-website http://www.activeageing.gov.mt. Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva għandu x-xewqa li iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum ikun jolqot gosti ta’ firxa ikbar ta’ nies biex iktar anzjani jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dan is-servizz. Dan huwa parti mix-xogħol tal-Gvern biex ikompli jtejjeb il-kwalità tas-servizzi offruti lill-anzjani tagħna, b’mod partikolari dawk tal-komunità, biex kemm jista’ jkun inħallu l-anzjani attivi fil-komunità.
L-iskop wara it-trasformazzjoni għal ċentri ta’ tagħlim tul il-ħajja hija dik li nġibu opportunitajiet ta’ tagħlim viċin l-anzjani, peress li dawn iċ-ċentri huma mifxura ma’ diversi lokalitajiet fil-pajjiż. B’hekk dan it-tagħlim ser ikun iktar aċċessibbli għal anzjani addattat speċifikament għalihom. F’ċentri oħra, dawn il-LifeLong Learning Hubs ser ikunu qegħdin jagħtu tagħlim fuq Drawwiet u Użanzi Maltin, Veduti u Arti, Kreattività, is-Soċjetà Maltija, Aerobics, u saħansitra ser titkabbar siġra minn kull Ċentru ta’ Matul il-Jum. Ser jingħataw anke taħriġ fit-teknoloġija permezz tal-proġett imsejjaħ Roadshow, b’kollaborazzjoni mal-MCA.
Din mhux l-unika inizjattiva li qiegħda tittieħed dan ix-xahar. Għaddejja ħidma fuq korsijiet għal qabel l-irtirar li ser jagħtu opportunità għal min ser ikun qiegħed jirtira fiż-żmien li ġej u għalhekk irid jipprepara għal ħajja differenti. Inizjattiva oħra hija l-ftuħ ta’ ċentru tagħlim f’waħda il-lokalitajiet, li ser iservi bħala post fejn tingħata informazzjoni wara l-ħinijiet tal-operat propju taċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum. Min irid iktar informazzjoni dwar dawn l-inizjattivi jista’ jitkellem mat-taqsima tal-Anzjanità Attiva li qiegħda taħdem biex dawn l-inizjattivi jkunu ta’ suċċess.