Dalgħodu, 15-il perit ingħataw il-warrant mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi li permezz tiegħu, jistgħu jibdew jeżerċitaw din il-professjoni.
F’ċerimonja li saret fil-preżenza tal-ġenituri tagħhom, il-Ministru kellu kliem ta’ tifħir lejn dawn iż-żgħażagħ, li llum qed jaraw frott is-sagrifiċċji kollha li għamlu matul l-istudji tagħhom.
Il-Ministru rringrazzja mhux biss lilhom, li permezz tagħhom il-pajjiż se jkollu aktar nies professjonali, iżda anke lill-ġenituri tagħhom li wkoll għamlu sagrifiċċji biex jaraw lil uliedhom jilħqu s’hawn.
Il-Ministru appella lill-periti biex joffru s-servizzi tagħhom b’impenn u dedikazzjoni daqslikieku qed jagħmlu biċċa xogħol għalihom infushom u b’hekk ikunu qed jibżgħu mhux biss għall-klijenti iżda wkoll għall-impjieg tagħhom u għas-soċjeta li jgħixu fiha.