Telfa għal Malta, rebħa għal Ghedin

Ġabra ta' ritratti u analiżi bla kantunieri tal-logħba Malta kontra l-Italja nhar it-Tnejn li għadda

Ghedin jieħu b'idejn il-kon-nazzjonal tiegħu Conte. Ritratti - Ray Attard
Ghedin jieħu b'idejn il-kon-nazzjonal tiegħu Conte. Ritratti - Ray Attard
Ritratti - Ray Attard
Ritratti - Ray Attard
Ritratti - Ray Attard
Ritratti - Ray Attard
Ritratti - Ray Attard
Ritratti - Ray Attard
Ritratti - Ray Attard
Ritratti - Ray Attard
Ritratti - Ray Attard
Ritratti - Ray Attard
Ritratti - Ray Attard
Ritratti - Ray Attard
Ritratti - Ray Attard
Ritratti - Ray Attard
Ritratti - Ray Attard
Ritratti - Ray Attard
Ritratti - Ray Attard
Ritratti - Ray Attard
Ritratti - Ray Attard
Ritratti - Ray Attard

Kemm qegħdin sew hux. Dan il-kowċ Taljan li kellu l-fortuna li jiekol żewġ ikliet tajbin f’Malta taħt żewġ presidenti jinsab kuntent ħbieb. Għax skont hu li titlef 1-0 mal-Italja hi rebħa. Ħafna ħaduha bi kbira għax qalulu li għandu mentalità telliefa. Jiddispjaċini li intom ta’ moħħ żgħir ma fhimtuhx lil dan il-ġenju Taljan li poġġiena fil-155 pożizzjoni fid-dinja wara l-Malasja, Guyana, Sirja, Kyrgystan, Singapore, Surinam, Afganistan, Etjopja, Sudan u ma nafx kemm il-pajjiż li nofs il-popolazzjoni tiegħu qed jaqsmu l-baħar biex jiġu Malta fuq xi dgħajsa. Anzi għandu mentalità rebbieħa għax it-tim ta’ pajjiżu rebaħ. It-tim li sa ftit snin ilu kien bil-qiegħda magħhom fuq il-bankina rebaħ fuq tim Malti li xogħlu kien biss li jiddefendi ħalli ma jagħtunix ħafna ħalli jżomm postu bħala kowċ ta’ tim li jinsab fil-155 post fid-dinja. Mhux hekk iżda meta t-tim Malti pprova joħroġ mill-fosdqa li tefagħhom fiha Ghedin, qalha lill-uniku plejer li seta' u għandu kapaċità li jagħmel xi ħaġa. U b’hekk spiċċajna bla attakkanti ta’ stoffa ma tmurx issir xi sorpriża mat-tim ta’ pajjiżu. Tkeċċa Michael Mifsud u Ghedin għamel l-aħjar sostituzzjoni għat-Taljani meta qalha lil Andre Schembri, l-uniku li kien baqa' li seta' ħoloq xi sorpiża lil konnazzjonali tiegħu.

Imma l-importanti li tlifna b’differenza ta’ gowl wieħed, it-Taljani ħadu t-tliet punti, il-Maltin kuntenti għax bħal dejjem żammew posthom bħala telliefa iżda dejjem b’rasna mgħollija, la hemm barrani jmexxina u l-ġurnalisti ma jaraw xejn ħażin għax moħħhom kien li jieħdu xi ritratt ma’ Pirlo, Zaza jew Buffon, u ma jkollhomx xi jgħidu mad-Dede għax kważi kollha tahom xi jnaqqru mhux bhal dak il-qammiel ta’ Mifsud li jagħmel x’jagħmel kien jaqlagħha minn għandhom għax ma kienx iħobb iqassam rigali.

Il-plejers ma tantx għandi xi ngħid dwarhom għax la kontra l-Italja u la kienu qed jarawna miljuni ta’ Taljani u Malta kollha allura nagħtu l-mija fil-mija, speċjalment li t-tim Taljan donnu ma riedx isawwat wisq lil konnazzjonal tagħhom Ghedin. Tgħid għaliex kontra n-Norveġja ma ‘rbaħniex’ b’telfa ta’ 0-1?

U xi ngħidu għal dawk il-patrijotti Maltin li faqgħu Facebook bl-għajta ta’ 'Forza Malta' u ħonqu stadium għax se tilgħab Malta. Fil-fatt hekk kien mifqugħ jumejn qabel kontra n-Norveġja u kull meta tilgħab Malta. Il-patrijott Malti mar jara lil Malta tirbaħ b’telfa ta’ 0-1 u qas kien jinteressah bil-plejers Taljani għax aħna fejn tiġi Malta, hi l-ewwel u qabel kollox.

Anke l-President ta’ Malta marret tappoġġja lil Malta, ara kontra n-Norveġja ma marritx. Tgħid kellha x’tagħmel? U kemm ministri marru u deputati parlamentari marru, u kontra qalbhom fallew mill-parlament avolja Joseph issa jaqtaghielhom mill-paga, għax għal Malta nagħmlu kollox.

U fl-aħħar iżda mhux l-inqas ma nistax ma nsemmix l-idea sublimi li Malti jkanta l-innu nazzjonali Taljan. Għad irrid nara Taljan, Afrikan, Ingliż, Ġappuniż, Ġermaniż ikanta l-innu Malti jew l-innu avversarju. Ma nneħħi l-ebda mertu tal-kapaċità ta’ Enzo Guzman tal-interpretazzjoni sabiħa tal-‘inno di mameli’ għalkemm fil-ħwejjeġ naħseb li stona meta mqabbel mal-libsa D&G ta' Conte. Imma aħna ħbieb kif dejjem ngħid. Aħna l-Maltin oriġinali fil-ħmerijiet!

Viva Malta għar-rebħa tajba li għamlu skont it-Taljan Ghedin!

More in Socjali