Ġimgħa wara li kien operat fl-Ingilterra biex jitneħħielu tumor minn spaltu, l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami mistenni jasal lura Malta llum waranofsinhar.
Fenech Adami kien operat it-Tnejn li għadda biex jitneħħielu tumur ta’ kanċer minn spalltu fejn ftit wara l-intervent il-Kirurgi kienu esprimew ruħhom bħala sodisfatti mill-operazzjoni, li ħadet madwar erba’ sigħat u nofs. Fl-intervent it-tobba neħħew parti mill-ispalla li ħalliet lil Beppe Fenech Adami b’użu limitat ta’ driegħu lemini u li iżda hemm possibiltà li bit-terapija jerġa jakkwista sa 50% l-użu ta’ idu l-leminija.
Beppe Fenech Adami mistenni jasal Malta għall-ħabta tat-3pm, akkumpanjat minn membri tal-familja tiegħu, fosthom martu Ann. Hu mistenni jkun milqugħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mill-Kap tal-PN Simon Busuttil.