220 immigrant insistew li ma ridux jidħlu Malta

L-immigranti ttieħdu l-Italja wara l-insistenza tagħhom biex ma jidħlux f'pajjiżna

Wara qbil bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani, il-vapur salpa lejn l-Italja bl-immigranti fuqu
Wara qbil bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani, il-vapur salpa lejn l-Italja bl-immigranti fuqu

Tard il-Ħamis bil-lejl ħarġet l-aħbar li madwar 220 immigrant irregolari ntlemħu 285 mil fix-Xlokk ta’ Malta. Iċ-ċentru għall-Koordinazzjoni tas-Salvataġġ Malti immedjatament bagħtu vapur tal-merkanzija Eleonora Maersk li kien fil-viċinanzi biex jara x’kienet is-sitwazzjoni.

Immedjatament, minħabba l-elementi tan-natura u r-riħ li kien bejn forza 6 u 7, kien deċiż li jieħdu l-immigranti abbord il-vapur tal-merkanzija. 

Jidher li l-immigranti Sirjani, li jidher li fosthom kien hemm nisa u tfal, bdew jirrifjutaw li jiddaħħlu Malta. 

Waqt li l-awtoritajiet Maltin u Taljani kienu f’kuntatt, l-immigranti bdew jirrifjutaw li jitilgħu fuq il-vapur tal-AFM u baqgħu fuq il-vapur tal-merkanzija.

Wara 10 sigħat ta’ diskussjoni, l-awtoritajiet laħqu ftehim u l-Italja aċċettat li tilqa’ lil dawn l-immigranti. Il-vapur tal-merkanzija dawwar id-direzzjoni u ħa lill-immigranti kollha l-Italja. 

More in Socjali