Brittany Maynard żammet l-appuntament mal-mewt

It-tfajla ta' 29 sena li kien baqagħlha ftit ġimgħat biex tgħix iddeċidiet li tagħmel ewtanasja u żammet l-appuntament mal-mewt

Brittany Maynard għażlet li tmut taħt il-kundizzjonijiet tagħha
Brittany Maynard għażlet li tmut taħt il-kundizzjonijiet tagħha
 Brittany Maynard flimkien ma' żewġha Dan Diaz
Brittany Maynard flimkien ma' żewġha Dan Diaz

Brittany Maynard ta' 29 sena minn Oregon f'Jannar li għadda kienu sabulha tumur qerriedi f'moħħha u qalulha li għandha biss madwar sitt xhur ħajja.

Brittany iddeċidiet li tagħżel hi meta tmut u dan il-fatt qajjem kontroversja sħiħa dwar l-ewtanasja meta din qalet li trid tmur fl-età ta' 29 sena. Fil-fatt hi mietet fid-dar tagħha wara li ħadet pilloli letali preskritti legalment mit-tabib tagħha.

Hi għamlet minn kollox biex tipprova tfejjaq dan it-tumur fejn anke ppruvaw inneħuhulha permezz ta' operazzjoni li falliet. Minn hawn Brittany ddeċidiet li ma tippruvax iżjed. 

Kienet ħarġet video b'messaġġ aktar kmieni dis-sena li riedet tmut b'dinjità u ppjanat li tneħħi ħajjitha fl-1 ta' novembru lejliet li tagħlaq 30 sena. 

"It-tip ta' tumur li għandi se joqtolni xorta waħda u m'għandix kontroll fuqu," li jkolli kontroll li mmut b'dinjità hi inqas tal-biża' milli nistenna l-mewt tasal fuqi u teħodli d-dinjità kollha" qalet Brittany.

Fl-aħħar messaġġ tagħha lil familja u lil ħbieb tagħha, Brittany li l-kundizzjoni tagħha dditorjat ħafna f'dawn l-aħħar ġimgħat, qalet, "Insellem lil ħbieb kollha tiegħi u lil familja li tant inħobb.

"Illum hi l-ġurnata li għażilt biex immut b'dinjità... id-dinja sabiħa ħafna u l-ivjaġġar kien l-akbar għalliem tiegħi, l-aktar ħbieb tiegħi u l-familja tiegħi kienu l-aktar nies li tawni f'ħajti...Addio dinja. Kunu pożittivi."

Il-Ħamis kienet ħarġet video ieħor b'messaġġ li forsi ttawwal iż-żmien tagħha fid-dinja għax kienet għadha tieħu pjaċir tgħix, u qalet li għadha tidħak, "iżda qed inħossni sejra lura f'saħħti. U aktar ma jgħaddu ġimgħat aktar sejra lura."

More in Socjali