Il-koalizzjoni biex titwaqqaf il-kaċċa fir-Rebbiegħa issotomettiet it-tweġibiet tagħha għall-oġġezzjonijiet li saru min-naħa tal-kaċċaturi xahar ilu fil-qorti kostituzzjonali, u issa qed jħarsu 'l quddiem għall-aħħar pass fil-proċess biex isir referendum kontra d-deroga li tiftaħ l-istaġun tar-Rebbiegħa għas-summien u gamiem. Il-koalizzjoni issa tistenna li jinstema l-każ fil-qorti ħalli tittieħed deċiżjoni.
Il-koalizzjoni tinkuraġġixxi lin-nies biex jinfurmaw ruħhom u li jinvolvu ruħhom f'dan il-proċess demokratiku, għax kien bis-saħħa ta' dawk l-41,494 persuna li ffirmaw din il-petizzjoni li dan kien possibbli li jsir. U flimkien qed tgħid il-koalizzjoni nistgħu nwaqqfu l-kaċċa fir-Rebbiegħa.
Il-koalizzjoni hi ffurmata minn 14-il għaqda ambjentali li ingħaqdu flimkiien biex isir referndum kontra l-kaċċa fir-Rebbiegħa.
Fosthom hemm l-alternattiva demokratika fejn Id-Deputat Chairperson ta' Alternattiva Demokratika, Carmel Cacopardo, qal: "Dan jimmarka l-bidu tal-ahhar stadju tat-triq li se twassalna ghad-data tar-referendum, biex tispicca darba ghal dejjem il-kacca fir-rebbiegha. Matul it-tliet xhur li gejjin il-Qorti Kostituzzjonali issa tghaddi biex tisma’ s-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u wara tghaddi biex tiddeciedi jekk ir-referendum ghadux isir, Nistennew li sa mhux iktar tard minn Jannar inkunu nafu d-data tar-referendum".
Ic-Chairperson ta' AD, il-Prof Arnold Cassola, qal: "Alternattiva Demokratika kburija li b’mod konsistenti kemm ilha tezisiti sa mill-1989 dejjem hadmet biex il-kacca fir-rebbiegha tispicca darba ghal dejjem. AD kburija li hadmet flimkien mal-ghaqdiet ambjentali biex tqarreb din il-holma lejn ir-realta. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li iffirmaw il-petizzjoni ghax b’dan il-mod ezercitaw
id-drittijiet taghhom b’mod li dak li ma kienux kapaci biex jiddeciduh il-Gvernijiet issa jiddeciduh in-nies bil-vot taghhom: l-ikbar espressjoni tad-demokrazija".