Inħelsu żewġ fkieren il-Ġnejna

Impenn bil-fatti favur it-tkabbir u t-tisħiħ tal-ħarsien u l-konservazzjoni tan-natura – Il-Ministru Leo Brincat

Żewġ fkieren jinħelsu fil-bajja tal-Ġnejna
Żewġ fkieren jinħelsu fil-bajja tal-Ġnejna

 

Meta kien qed jattendi attività organizzata minn-Nature Trust (Malta), il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li l-okkażjoni tal-lum dwar żewġ fkieren li għadhom kif ingħataw il-kura li kien jixirqilhom, hija ferm aktar minn ċelebrazzjoni ferrieħa iżda hija wkoll okkażjoni ta’ għarfien dwar l-importanza tal-konservazzjoni u l-ħarsien tan-natura kif ukoll dwar l-importanza li nqajmu kuxjenza nazzjonali dwar dan kollu.

Huwa qal li meta  nitkellmu fuq il-bijodiversità ma nkunux qed nitkellmu b’mod astratt, iżda dwar dak kollu li għandu l-ħajja fid-dinja ta’ madwarna – inklużi speċi bħal dawn li qed jferrħu tant nies illum.

Filwaqt li sellem lill dawk li tant qed juru impenn biex iħarsu u jikkuraw fkieren tal-baħar ta’ dan it-tip, huwa appella biex tissaħħaħ ir-riċerka dwar dan is-suġġett ħalli titkabbar u tissaħħaħ l-konservazzjoni tagħhom.

Huwa qal li ma rridux ninsew li hemm obbligi saħansitra legali għall-ħarsien tagħhom, aktar u aktar sabiex ikomplu jimpenjaw ruħhom biex speċi simili ma jinqerdux.

“It-trattat tac-CITES jibqa’ wieħed mill-aqwa trattati internazzjonali li jirregola kull tip ta’ speċi ta’ wildlife minkejja li llum għaddew minn fuqu aktar minn 40 sena” temm jgħid il-Ministru Brincat.

Għal din l-attività li kienet immexxija mill-ogħla uffiċjali tan-Nature Trust (Malta) u l-Eko Skola mmexxija mill-President is-Sur Vince Attard, attendew ukoll l-Eċċellenza Tagħha l-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti, Gina K Abercrombie-Winstanley u s-Sindku tal-Imġarr.

More in Socjali