James Vella Clark, artist żagħżugħ kiteb status fuq Facebook biex iqajjem kuxjenza tan-nies tan-Nofsinhar ta' Malta. Hu kiteb li jekk il-gvern irid jiġġenera n-naħa t'isfel ta' Malta, imissu jibda mill-post fejn jidher fir-ritratt flok jibni lukandi u jirvina art sabiħa li hi barra ż-żona tal-iżvilupp (ODZ).
James Vella Clark kiteb li hu personali kiteb lill-Ministru tal-ambjent biex jiġbidlu l-attenzjoni tal-kundizzjoni oxxena ta' dan il-foss barra s-swar tal-Kottonera. "Ipproponejt li ż-żona kollha tiġi mnaddfa u tiġi ġenerata għal park tal-familja u 'heritage trail' għax tinsab barra Ħaż-Żabbar u viċin il-Fgura, Bormla u l-Birgu. Tista' tiġi ġġenerata fuq l-istil ta' kif ġie ġenerat il-foss tal-Imdina iżda fl-istess ħin toffri aċċessibilità u postijiet tal-logħob għat-tfal u l-familji mdawrin mis-swar storiċi. Ħafna nies minn dawn in-naħat żgur li jistgħu jgawdu din il-parti mingħajr ma jkollhom jmorru lejn in-naħat ta' Ta' Qali."
Fl-aħħar talab biex dawn ir-ritratti jiġu mdawrin fuq is-siti soċjali u aħna qbilna miegħu.