Denfil ċkejken jiġi salvat f'Buġibba

Għadu kif ġie salvat denfil ċkejken minn Buġibba

Id-denfil imgeżwer f'xugaman imxarrab. Ritratt: Malta National Aquarium
Id-denfil imgeżwer f'xugaman imxarrab. Ritratt: Malta National Aquarium
Ritratt: Malta National Aquarium
Ritratt: Malta National Aquarium
Ritratt: Malta National Aquarium
Ritratt: Malta National Aquarium

L-ILLUM għadha kemm ġiet informata li denfil ċkejken għadu kemm ġie salvat mit-tim tal-Malta National Aquarium fil-Qawra.

Id-denfil intlemaħ minn xi ħadd li kien fil-viċin ta' lukanda f'Buġibba. Hu ra lid-denfil jitħabat viċin ħafna tal-parti ramlija fil-bajja. Immedjatament it-tim tal-Akkwarju Nazzjonali mar jagħti l-ewwel għajnuna u tellgħu lid-denfil bl-ikbar prekawzjoni. Dan ma ħabbathomx minħabba li d-denfil daħal fil-baxx ħafna.

Id-denfil tgeżwer f'xugaman imxarrab biex jibqa' niedi u biex ma jibqax jinbarax mir-ramel li kellu miegħu. It-tim qagħad attent għat-toqba li minnha jieħu n-nifs id-denfil biex jaraw li kienet għadha f'qagħda tajba.

Nature Trust ingħaqdu f'din l-operazzjoni. Issa d-denfil se jittieħed b'ambulanza lejn il-Mosta fejn hemm akwarju kbir u d-denfil jista' jitqiegħed fih sakemm isiru xi testijiet minn veterinarji u jaraw il-qagħda tiegħu. Wara dan id-denfil se jittieħed San Luċjan.

More in Socjali