L-ewwel triq għar-roti fid-dinja se tiftaħ għal pubbliku fl-Olanda għada 12 ta' Novembru. Din it-triq li hi wiesgħa 70 metru tgħaqqad is-subborgi ta' Amsterdam minn Krommenie sa Wormerveer u hi l-ewwel pass għal proġett tal-gvern lokali lejn enerġija alternattiva u se tiġi tiswielhom €3 miljuni. Fil-fatt sal-2016 it-triq se titwessa' għal 100 metru.
Din hi l-ewwel minn diversi proġetti kbar li għandhom f'moħħhom l-Olandiżi fejn qed jaħdmu biex dak kollu li jitħaddem bl-elettriku juża l-enerġija tax-xemx mid-dwal tat-traffiku għal karrozzi tal-elettriku.
Il-poplu Olandiż qed jaraw din it-triq ferm utli għalihom meta wieħed iqis li f'din it-triq mistennija tintuża minn madwar 2,000 ċiklist kuljum.
Hi magħmula minn fillieri ta' ċelluli solari ta' crystalline silicon, li ġew imdeffsa fil-konkrit u mgħottija bi ħġieġ tampered ileqq biex iħalli lir-raġġi tax-xemx jgħaddu. It-triq ġiet impoġġija kemxejn ixxaqleb biex ma żżomx trab li jimpedi lir-raġġi tax-xemx. Billi t-triq ma tistax taġġusta ruħha lejn ir-raġġi tax-xemx il-pannelli jiġġeneraw 30% inqas enerġija minn dawk impoġġija fuq is-soqfa tad-djar.