Meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari mressqa mid-deputat Nazzjonalista Mario Galea, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia qal li tul is-snin 2013 u 2014 sallum ġew rrapportati 47 każ t’abbuż fuq anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paule.
Farrugia kien qed iwieġeb għal mistoqsija parlamentari fejn intalab jgħid kemm ġew rapportati każijiet ta’ abbuż fuq anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul tul is-snin 2013 u 2014 sal-lum u t-tip ta’ abbużi li kienu indikati.
L-akkużi jvarjaw mill-aspett finanzjarju sa dawk sesswali
Każi ta’ Suspett ta’ Abbuż:
Tip 2013 2014
Finanzjarju 12 12
Emożżjonali / Psikoloġiku 6 5
Fiżiku 6 2
Neglect – Nuqqas ta’ Kura 1 1
Sesswali 2 0
Total 27 20