Il-Gvern iqis l-organizzazzjonijiet volontarji bħala msieħba importanti

Mistennija konsultazzjoni pubblika fil-ġimgħat li ġejjin

Mistennija konsultazzjoni pubblika fil-ġimgħat li ġejjin
Mistennija konsultazzjoni pubblika fil-ġimgħat li ġejjin

F’indirizz li għamlet fil-ftuħ ta’ konferenza dwar il-volontarjat imtella’ minn Volonteurope flimkien ma’ Malta Health Network, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli tkellmet fuq il-ħidma li qed iwettaq il-gvern fis-settur tal-volontarjat.
 
Semmiet kif fil-ġimgħat li ġejjin, il-gvern se jkun qed jinawgura l-ewwel NGO Hub fil-Belt Valletta li mhux biss se jospita l-uffiċini amministrattivi għall-kunsill tal-volontarjat iżda se jservi wkoll bħala bażi fejn l-organizzazzjonijiet volontarji jkunu jistgħu jiltaqgħu. Il-post se jkun mgħammar ukoll biex iservi ta’ ċentru għat-taħriġ u riżorsi.
 
Il-Ministru Dalli ħabbret ukoll kif għaddej xogħol biex jinfetħu żewġ NGO Hubs oħra, wieħed fit-tramuntana u l-ieħor fin-nofsinhar ta’ Malta biex jaqdu aktar organizzazzjonijijet volontarji.
 
Dwar il-liġi tal-volontarjat, Dr Dalli spjegat kif bħalissa għaddejja ħidma biex isiru l-emendi neċessarji li jassiguraw aktar trasparenza u ekwità fis-settur u ħabbret kif dwar dan il-gvern se jkun qed imexxi proċess ta’ konsultazzjoni.
 
Semmiet kif matul din is-sena biss, il-Ministeru mmexxi minnha alloka aktar minn €3miljun għal dan is-settur filwaqt li permezz ta’ proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea, saret ħidma konġunta ma’ diversi NGOs kemm lokali u internazzjonali dwar l-integrazzjoni ta’ persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi.
 
 

More in Socjali