M'għandux jiġi kkunsmat minn min għandu allerġija għal karawett

It-traċċi ta' karawett ma kinux indikati fuq it-tikketta

Lotto Snacks fih traċċi ta' Karawett
Lotto Snacks fih traċċi ta' Karawett

 

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara analiżi li saret il-prodott hawn taħt imsemmi m’għandux jiġi kkonsmat minn persuni li għandhom allerġija għall-karawett minħabba li l-istess prodott instablu fih traċċi ta’ karawett li ma kienux iddikjarati fuq it-tiketta.

Il-prodott hu mir-Rumanija

Il-Kumpanija nvoluta ġiet obbligata tirtira l-prodott mis-suq, iżda peress li probabilment il-prodott laħaq wasal għand il-konsumatur, bħal ma jsir f’dawn il-każijiet, d-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.

More in Socjali