Kull deni ħudu b'ġid

Ippruvat tikkometti suwiċdju, qatgħulha saqajha...illum iżżewġet u saret omm 

Helen Galsworthy
Helen Galsworthy

Meta kellha 18-il sena, Helen għaddiet minn dipressjoni akuta, li kienet anke kawżata mill-użu tal-kokajina, it-tfajla kienet iddeċidiet li toqtol ruħha b'idejha. Iżda xi ħaġa marritilha ħażina u fortunatament ma mititx. Wara ftit kellha aċċident u sfortunatament kellhom jaqtgħulha saqajha t-tnejn.

Minn dik il-ġurnata ħajjitha inbidlet għall-aħjar. Saret omm u llum tbierek il-mument li ħajjitha baqgħet intatta. "Meta tlift saqajja" qalet Helen, "ħsibt li ħadd ma jkun iridni iżjed u żgur ma kienx se jirnexxili nwettaq il-ħolma li kelli li nsir omm. Idża l-fortuna daħkitli, iżżewwiġt u twelidtli l-isbaħ tarbija fid-dinja, Thomas. Issa għandi dak kollu li xtaqt fil-ħajja.

Helen biex timxi tuża saqajn speċjali li jippermettula li timxi u tagħmel dak kollu li hemm bżonn tagħmel bħala omm 'full time'. Kull deni ħudu b'ġid.

 

 

 

More in Socjali