Għalliema jibżgħu joqogħdu weħidhom mat-tfal
L-MUT għamlu stħarriġ fost 450 għalliem
More in Socjali
L-MUT għamlu stħarriġ fost 450 għalliem
L-Għalliema wieġbu għal stħarriġ li għamlet l-Unjin tagħhom, MUT billi qalu li qed jibżgħu joqogħdu mat-tfal weħidhom, anzi hemm min talab li jixtiequ li meta għalliem ikun ma' student waħdu gġħandu jkun hemm CCTV kamera.
L-għalliema qalu li ma jistgħux jaħdmu kif iridu minħabba l-alegazzjoinijiet li qed isiru mit-tfal fuq l-għalliema tagħhom. Il-perċentaġġ hu għoli ħafna minn dawk li jibżgħu joqogħdu mat-tfal weħidhom, fil-fatt hu ta' 90 fil-mija.
Ġiet organizzata konferenza minħabb l-fatt li numru ta' allegazzjonijiet ta' abbużi qed ikunu foloz.
L-istħarriġ juri wkoll li madwar 60% tal-għalliema jibżgħu jkollhom kuntatt mil-viċin mal-istudenti, u saħansitra 34% jastjenu milli jorganizzaw xogħol volontarju li fih jipparteċipaw tfal żgħar.
Jidher ukoll li 56% tal-għalliema jahsbu li f’kaz ta’ allegazzjonijiet foloz ta’ abbuz ma jsibux sapport mill-istituzzjoni li jaħdmu fiha.