F'Ottubru biss ġew 180,620 turist li hi żieda ta' 3.7% meta kkomparata mal-istess xahar is-sena li għaddiet. Meta wieħed ineħħi dawk it-turisti li raqdu fuq il-cruise ship li ġew bih, allura ż-żieda tinżel għal 2.7%.
In-numru ta' turisti mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea żdied għal 6.1% fejn ġew 150,722 turist u l-faxxa tal-età tal-aktar numru ta' turisti hi ta' bejn l-45 u l-64 sena, għalkemm sewgita mill-faxxa aktar żagħżugħa ta' bejn il-25 u l-45 sena.
Anke l-iljieli li qattgħu fil-gżira kien hemm żieda ta' 5.4% fejn bejniethom qattgħu miljun u 350,000 lejl u f'xahar nefqu €159.9 miljun li wkoll jammonta għal żieda ta' 2.5%.
Minn Jannar sa Ottubru ġew 1,544,479 turist f'Malta. Din hi żieda ta' 8.4% mis-sena ta' qabel u nefqu €1.4 biljun li hi żieda ta' 6.3%. Iżda meta wieħed iqis ras għal ras kemm nefaq kull turist isib li nefqu €919 li hemm nuqqas ta' 0.9% meta kkomparat mas-sena ta qabel.