Żgur li ħadd ma jista' jgħid li hu tort ta' xi gvern jew ieħor. It-tort hu ta' dawk residenti jew mhumiex li ddeċidew li jibnu Magħtab ieħor fil-Kottonera. Iżda żgur li ma jixraqx lin-nies tal-Kottonera dan il-ħmieġ madwar is-swar tagħha. Żgur li l-gvern għandu jara li l-ambjent għandu jkun miżmum aħjar billi jinforza l-liġijiet lejn min iħammġu u jirranġa din is-sitwazzjoni li la tixraq lin-nies tal-Kottonera u lanqas lil Malta. Skont James Vella Clark sentejn ilu ħa l-ewwel sett ta' ritratti, kien bagħathom lill-Ministru u ma sar xejn. "Issa erġajt poġġejthom 3 ġimgħat ilu u din il-ġimgħa mort fuq il-post biex nieħu iżjed ritratti aġġornati (u b'kamera aħjar) liema ritratti ppostjajthom illum" qalilna James Vella Clark. Hemm bżonn li l-awtoritajiet jaraw x'jagħmlu biex ma jinbeniex Magħtab ieħor fil-Kottonera.