Battibekki bejn l-MUMN u l-UHM

UHM iwieġbu għall-istqarrija tal-MUMN aktar kmieni

Josef Vella - segretarju Ġenerali UĦM     Ritratt: Ray Attard
Josef Vella - segretarju Ġenerali UĦM Ritratt: Ray Attard

Il-UĦM fi stqarrija oħra wieġbu għal dak li kiteb Paul Pace f'isem l-MUMN dwar l-azzjoni industrijali li ordnat il-UĦM li tista tipperikola ħajjet il-pazjent.

L-istqarrija tal-UĦM qalet li l-UĦM u l-gvern qablu li d-direttivi maħruġa mill-unjin mhux qed ipoġġu ħajjet il-pazjenti f'riskju.Huma qalu li Paul pace imissu jiffoka aktar li jiżgura li d-drittijiet tan-nurses ma jibqgħux jiġu mgħaffġin milli jipprova jagħti impressjoni żbaljata dwar unjins oħra.

Huma qalu li kuntrarjament gġħal dak li kiteb Paul pace, kampjuni urġenti ta' demm qed jiġu proċessati u l-kampjuni qed jiġu trasportati minn nursing aides u care workers flok min-nurses.

Id-direttivi kostanti ta' Paul Pace huma li qed jagħmlu impatt fuq il-membri tal-UĦM. Bħal meta ħareġ direttiva biex pazjenti ma jitniżżlux minn ġos-sodod. Kien mertu tal-fiżjoterapisti li pprevenew milli l-pazjenti jiġġeneraw ġrieħi tas-sodda.

Komplew jgħidu li Paul Pace donnu nesa li ftit xhur ilu l-unjin responsabbli tiegħu effetivament waqfet il-kimoterapija kollha u kien mertu tal-UĦM u l-membri tal-farmaċija tagħha li l-ħajja tal-pazjenti ġiet salvata permezz tal-kimoterapija.

F'dik il-ġurnata l-gvern flok informa lill-pubbliku li l-ħajja tal-pazjenti kienet f'periklu minħabba azzjonijiet ordnati minn Paul Pace, għażel li jinforma lil pazjenti tal-kimoterapija li l-appuntament tagħhom tmexxa għal ġimgħa ta' wara minħabba l-influss ta' numru ta' pazjenti.

Wieħed jistaqsi, dan l-intervent ta' paul pace sar minħabba xi aġenda moħbija? Forsi sejħa ta' apllikazzjoni ġiet maħruġa b'koinċidenza? staqsiet l-UĦM. 

Waqt li l-UĦM kienet qed tikkomunika mal-gvern dalgħodu, il-gvern semma l-istqarrija tal-MUMN meta din kienet għadha ma ħarġitx għal pubbliku. "Dan ifisser li l-gvern u Paul pace qed jaħdmu flimkien kontra l-UĦM?" staqsa Josef Vella.

Hu kkonkluda billi qal, "jien irrid nirringrazzja lil ħaddiema li bħalissa għaddejin b'din l-azzjoni industrijali talli wrew sapport u solidarjeta flok irreferew għal daqqiet ta' staletti minn wara dahrna. Dan hu l-vera spirtu ta' Trade Union."

 

More in Socjali