L-MUMN tiċħad bis-saħħa l-istqarrija li ħarġet dwarha l-UĦM għaxar minuti ilu fejn stqarret li l-MUMN kienet waqqfet milli jinħata l-kimoterapija lil pazjenti fl-Isptar Boffa. Skont l-MUMN din hi gidba u se titlob li jittieħdu passi legali dwar dan iżda l-MUMN għandha l-membri tal-farmaċija kollha fi ħdanha u għalhekk hi gidba li tgħid li l-lmembri tal-farmaċija tal-UĦM għġenu fl-għoti tal-kimoterapija meta dawn huma mija fil-mija fl-unjin MUMN.
L-MUMN kompliet tisħaq li d-direttivi li għaddejjin bħalissa fil-Mater Dei fejn l-investigazzjoni tad-demm qed jiġu rifjutati minħabba d-direttivi tal-UĦM huma irresponsabbli u mhux etiċi għax dawn id-direttivi ma jiddistingwux bejn dawk urġenti li jistgħu jsalvaw ħajja u dawk ta' rutina. Dawn it-tip ta' direttivi jistgħu faċilment jikkawżaw mewt ta' pazjent li jkun marid b'mod kritiku fil-Mater Dei.