Attivitajiet għall-Anzjani b’konnesjoni mal-Milied

Festini għall-Anzjani

Festini għall-Anzjani
Festini għall-Anzjani

“Dawk l-Anzjani li jinsaqbu waħedhom partikolarment għandhom ikollhom il-wens provdut mill-istat u għalhekk bħalissa fiċ-ċentri ta’ matul il-Jum u f’diversi postijiet f’Malta u f’Għawdex qed jiġu organizzati festini għall-Anzjani biex jiġi iċċelebrat il-Milied”. Dan qalitu s- Segretarju parlamentari Justyne Caruana li żiedet tgħid li f’dan il-perjodu partikolari tal-festi tal-Milied, l-Anzjani tagħna għandhom ukoll jingħataw l-opportunità li jiċċelebraw u jgawdu dawn il-festi.

Caruana spjegat li s-Segretarjat tagħha qiegħed jorganizza diversi attivitajiet b’risq l-anzjani kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta bl-għajnuna tad-dipartiment tal-Anzjani u kura fil-komunità u il-Kumitat tal-Welfare fejn bħalissa f’Għawdex, id-dipartiment qed jorganizza tlett festini li qed isiru wieħed kuljum. Għal dawn il-festini huma wkoll mistiedna l-Anzjani Għawdxin.
 
Filwaqt li rringrazzjat lill-ħaddiema u lil voluntiera kollha sabiex jaħdmu b’risq l-anzjani ta’ pajjiżna, Caruana qalet li dan huwa żmien fejn l-anzjani tagħna in partikolari m’għandhomx jitħallew waħedhom u appellat għal aktar solidarjetà mal-Anzjani.
 
 

More in Socjali