Periklu fin-Nadur u ħadd ma jindenja ruħu jneħħih
Qarrej bagħtilna ritratti li ħa hu stess ta' periklu għal kulmin jgħaddi minfejn toqgħod ommu

More in Socjali
Qarrej bagħtilna ritratti li ħa hu stess ta' periklu għal kulmin jgħaddi minfejn toqgħod ommu
Dan il-qarrej qalilna li fin-Nadur Għawdex fit-Triq Ġuże Ellul Mercer hemm plot mhux mibni. U hemm fondoq li hu wiesgħa 4 piedi u fond 12-il pied. Dan il-qarrej ċempel biex jagħmel ilment għand il-MEPA għax hemmhekk joqogħdu nies anke bi tfal żgħar li hu periklu ferm għalihom għax dejjem inkwetat li jaqgħalu xi ħadd minnhom f'din il-ħofra fonda. Ir-rappreżentant tal-MEPA qallu li dik ma taqax bħala parti minn xogħlhom u qallu biex iċempel lil pulizija.
Sadattant s’issa ma sar xejn fejn lanqas ċint m’hemm jilqa din il-ħofra u hi ta’ periklu għal kulmin ikun għaddej speċjalment ta’ tfal li jkunu għaddejjin minn dawk l-inħawi. Barra ż-żibel li qed jintefa f'dan il-fond.