Ftit tal-ħin ilu spiċċat l-istrina 2014. Maratona ta' 12 il-siegħa ta' ġbir ta' fondi b'risq il-Malta Community Chest Fund. Is-somma finali miġbura kienet ta' €3,655,000
Il-ġurnata kienet mimlija spettaklu u divertiment u nkludiet is-sehem ta' diversi kantanti kif ukoll parlamentari miż-żewġ partiti politiċi.
Il-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca rringrazzjat il-poplu Malti għal ġenerożita li wera f'din l-edizzjoni ta' l-istrina.