L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Onor. Dr. Anġlu Farrugia, inawgura kamra dedikata għal Malta fil-Mużew tac-Ċikkulata ta` Modica fi Sqallija. Il-wirja prinċipali hi mudell kbir ta` Malta u Ghawdex magħmula kollha kemm hi miċ-ċikkulata. F`dan l-ispazju dedikat għal Malta se jkun hemm aktar informazzjoni dwar Malta. Il-belt ta` Modica storikamanet minn dejjem kellha kuntatti kbar kummerċjali u kulturali ma` Malta. Hija belt magħrufa l-aktar għall-wirt barokk li għandha, imma wkoll għaċ-ċikkulata artiġjanali li għandha.
Waqt iċ-ċerimonja li saret kien preżenti wkoll is-Sindku ta` Modica, Ignazio Abate, kif wkoll Dr Ray Bondin li qed jipprepara d-dossier ta` nominazzjoni għal wirt dinji tal-UNESCO. Kien hemm preżenti wkoll il-President tal-Consorzio tac-Cikkulata Nino Sciovioletto.