L-Istazzjon Nazzjonali Taljan qed jagħmel minn kollox sabiex jevita li jorganizza l-Junior Eurovision Song Contest bi skuża li m’għandhomx flus x’jaħlu.
Jidher li l-EBU issa qed tagħmel minn kollox sabiex tgħaddi l-organizzazzjoni tal-edizzjoni li jmiss lill-Bulgarija li ġew fit-tieni post fl-aħħar edizzjoni, għalkemm xejn għadu mhu konfermat. Il-Bulgarija ma kinux beħsiebhom jieħdu sehem fil-Eurovision tal-kbar minħabba li qalu li ma kellhomx biżżejjed flus. Jidher iżda li huma interessati li jorganizzaw dan l-avveniment.
Intant l-għażla tal-Bulgarija ma tantx se ssib popolarità hekk kif il-Belt ta’ Sofia hi magħrufa għal kesħa li tagħmel l-iktar fix-xahar meta jsir il-festival, f'Novembru.