Persuni transġeneri u transesswali mhux se jitħallew isuqu fit-toroq tar-Russja. Dan wara li l-Gvern Russu qal li dawn il-persuni għandhom "problemi mentali."
Id-dikriet kien iffirmat fid-29 ta' Diċembru mill-Viċi Prim Ministru Dmiry Medvedew is-sena l-oħra u speċifikament japplika għal "persuni b'diżordni fl-identità tagħhom, diżordni fil-preferenza sesswali tagħhom u diżordni psikoloġika assoċjata mal-iżvilupp sesswali u l-orjentazzjoni sesswali."
L-uffiċjali qed jgħidu li qed ikun "wisq inċidenti" fit-toroq, u b'hekk iridu jnaqqsu l-inċidenti billi jneħhu mit-toroq li dawk li mhumiex kapaċi jsuqu.
Il-Kap tal-Union tax-Xufiera Professjonali, fir-Russja, Alexander Kutov, qal li din kienet idea tajba. "Għandna wisq imwiet fit-toroq tagħna, u naħseb din l-għażla kienet ġustifikata."
Persuni li jaqbżu għad-drittijiet tal-bniedem u psikjatri kkundannaw din il-liġi. Psikjatra, Valery Evtushenko, spjega li din ir-regola se twaqqaf persuni bi problemi psikjatriċi milli jfittxu l-għajnuna hekk kif issa dawn se jispiċċaw imbeżża' li se titteħdilhom il-liċenzja tas-sewqan immedjatament.