Graffita ta' Jiena Charlie fi triqtek lejn l-Università

Titfaċċa graffita b'Jiena Charlie

Din il-graffita tinsab ftit qabel il-mina qasira li hemm qabel tidħol fl-Università. Ritratt - Steve Zammit Lupi
Din il-graffita tinsab ftit qabel il-mina qasira li hemm qabel tidħol fl-Università. Ritratt - Steve Zammit Lupi

L-ILLUM għadha kif kisbet ritratt ta' graffita li mid-dehra ġiet impenġija friska fuq il-ħajt int u dieħel lejn l-Università.

Din il-graffita tgħid - Jiena Charlie. Din kienet il-frażi li rajna din il-ġimgħa fuq il-mezzi tax-xandir kollha, wara l-massakru li kien hemm f'pariġi.

Il-frażi Jien Charlie, orġinarjament, Je Suis Charlie bil-Franċiż, tissimbolizza li aħna lkoll nappoġġjaw il-libertà tal-espressjoni u li kulħadd għandu d-dritt isemma' leħnu. Fl-aħħar mill-aħħar turi appoġġ u rispett lit-tnax-il vittma tal-massakru fil-bini tar-rivista satirika Charlie Hebdo nhar l-Erbgħa li għadda.

Din mhux l-ewwel graffita li hemm f'din it-triq. Infatti hemm ukoll graffita bl-Ingliż li tgħid - People get the government they deserve.

 

Din hi l-graffita l-oħra li hemm fl-istess triq int u dieħel l-Università
Din hi l-graffita l-oħra li hemm fl-istess triq int u dieħel l-Università

More in Socjali