51 omm ta' 43 sena jew iktar fl-aħħar tliet snin f'pajjiżna

Fl-aħħar tliet snin twieldu 'l fuq minn 51 tarbija minn ommijiet ta' 'l fuq minn 43 sena

F'mistoqsija parlamentari li għamel l-Onoervoli Claudio Grech lill-Ministru tas-Saħħa u l-Enerġija ħareġ li f'pajjiżna, fl-aħħar tliet snin kien hawn 51 tarbija li twieldu minn ommijiet ta' 43 sena jew iktar.

L-istatistika turi ommijiet li welldu sal-aħħar ta' Settembru 2014 u jidher li kemm fl-2012 u anke fl-2013 kien hemm 17-il wild minn ommijiet ta' 'l fuq minn 43 sena. Sa Settembru tal-2014 jidher li kien hemm ukoll 17-il omm li welldet ta' 43 sena jew iktar.

It-tabella t'hawn taħt turi ċ-ċifri.

Età (snin)

Numru ta’ ommijiet 43 sena u aktar

2012

17

2013

17

2014 (1 ta’ Jannar sal- 30 ta’ Settembru)

17

More in Socjali