Il-gvern xtara għaxar sodod mill-privat għall-anzjani Għawdxin

Il-ħidma ta' Justyne Caruana f'dan il-qasam intlaqgħet b'sodisfazzjon mill-MUMN

Is-segretarju Parlamentari Dr Justyne Caruana ħabbret li s-segretarjat tagħha rnexxielu jilħaq ftehim fl-iskema PPP (Public Private Partnership) fil-każ ta' anzjani Għawdxin li nstabulhom 10 sodod f'home privata, Villa San Lawrenz u l-ispejjjeż jidħol għalihom il-gvern. Fil-fatt Dr Justyne Caruana qalet li dan hu l-ewwel pass li sar f'Għawdex u hemm ippjanat iżjed sodod. 

Minn din l-inizjattiva mhux biss gawdew dawn l-anzjani iżda nħeles piż fuq l-isptar ġenerali f'Għawdex fejn dawn l-anzjani li kellhom bżonn għajnuna kienu qed jieħdu sodod mill-isptar Ġenerali li bħalissa hemm 16-il sodda meħuda minn anzjani minn 64 sodda li hemm għal pazjenti in ġenerali. 10 anzjani minnhom se jiġu meħuda f'Villa San Lawrenz nhar it-Tnejn.

Din il-problema kienet qed tinkwieta wkoll lill-MUMN u fil-fatt il-President Paul Pace kien preżenti f'Għawdex fejn irringrazzja lil Dr Justyne Caruana għal dan ix-xogħol li żgur se jħaffef mill-problemi li qed iħabbtu wiċċhom l-infermiera Għawdxin. Għax skont l-unjin anzjani kienu qed jieħdu l-postijiet ta' pazjenti li kellhom bżonn kura bżonjuża.

More in Socjali