It-tqattigħ fuq ġisimhom jista’ jwassal għal suwiċidju – Anton Grech

Il-Bullying fost it-tfal qed iwassal għal ‘self harm’

Din il-ġimgħa l-gazzetta ILLUM ġabret informazzjoni diretta dwar adoloxxenti ta’ bejn l-etajiet ta’ 13 u 15-il sena li qed iqattgħu lilhom infushom f’dak li jissejjaħ bħala ‘self harm’. Tkellimna ma’ żewġ tfajliet li għaddejjin minn din il-fażi, waħda ta’ 13 u l-oħra ta’ 15-il sena fejn ir-raġuni li wassalhom għal dan il-każ hi differenti minn ta’ xulxin.

Tkellimna wkoll mal-psikjatra Anton Grech li qalilna li dawk li jweġġgħu lilhom infushom hu komunissimu f’Malta, iżda l-kwantità mhix allarmanti jew aktar minn ta’ pajjiżi oħra. “Hi kundizzjoni komuni fid-dinja kollha anke jekk m’hawnx statistika ta’ kemm hawn li jweġġgħu lilhom infushom u ta’ liema eta.”

Fil-fatt qalilna li  hemm diversi raġunijiet għaliex dawn jagħmluhom. “Hemm min jagħmel hekk biex ineħħi t-tensjoni, hemm oħrajn biex jiġbdu l-attenzjoni u jista’ jkun li hemm kundizzjoni psikjatrika sottili li titfejjaq billi tieħu kura psikjatrika. Hemm kundizzjoni li jkollha bżonn counselling biss għax ħafna miż-żgħażagħ li jweġġgħu lilhom infushom jieqfu maż-żmien. Iżda xorta wieħed irid joqgħod attent għax hemm min ma jkunx jaf safejn jista’ jasal u kien hemm każi li qatgħu l-vini u spiċċaw mejta. Hemm oħrajn li din il-kundizzjoni twassalhom anke sas-suwiċidju.”

Anton Grech saħaq li dawk il-ġenituri li jindunaw li wliedhom għaddejjin minn fażi bħal din għandhom jaraw li jagħtu lill-uliedhom għajnuna professjonali qabel ikun tard wisq. “Għax ħafna drabi din hi kundizzjoni ta’ diżordni personali u wieħed irid jieħu ħsiebha fil-ħin.”

Xhiedha ta' żewġ adoloxxenti fuq il-ħarġa tal-ILLUM

 

More in Socjali