"Huwa dritt tal-bniedem jekk int kont imwieled raġel jew mara u trid tibdel is-sess tiegħek u tgħix ħajja ta' sess differenti minn dak li int," qal Kamnoon Sittisamarn, kelliem tal-Kumitat għall-Abbozzi tal-Kostituzzjoni, li qed taħdem fuq abbozz għall-kostituzzjoni tal-pajjiż.
"In-nies għandu jkollhom dik il-libertà li jibdlu l-ġeneru tagħhom, u għandhom ikunu protetti ugwalment mill-kostituzzjoni u l-liġi u jkunu trattati ndaqs."
It-tielet ġeneru jfisser li individwu m'għandux għalfejn jidentifika ruħu ma' raġel jew mara, u jagħti d-dritt ta' awto-identità, jiġifieri int tiddeċiedi l-identità tiegħek.
Jekk din isseħħ, it-Tajlandja tingħaqad ma' diversi pajjiżi oħra Asjatiċi li jirrikonoxxu t-tielet ġeneru. Fosthom hemm il-Pakistan, l-Indja u n-Nepal.
Il-Kumitat għall-Abbozzi tal-Kostituzzjoni mhux mistenni li jikkunsidra komponenti varji tal-liġi Tajlandiża u li jdaħħlu l-proposta sa April. Id-deċiżjoni se tittieħed fis-6 ta' Awwissu.