Il-Papa Franġisku appunta l-Isqof Charles Scicluna bħala l-President tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi.
Dan se jkun qed imexxi tim ta' erba' kardinali u żewġ isqfijiet.
Din il-ħatra turi li Scicluna, li kien qed iservi bħala Amministratur Appostoliku minn dakinhar tar-riżenja tal-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona, mhux se jkun l-arċisqof ta' Malta. Minħabba dan ikompli jwitti t-triq għall-Isqof ta' Għawdex Mario Grech, sabiex isir l-Arċisqof ta' Malta.
L-għan tal-kongregazzjoni hi li "xxerred il-kelma dottrinali u tiddefendi dawk il-punti ta' tradizzjoni nisranija li jidhru li qegħdin fil-periklu minħabba duttrini ġodda u inaċċettabbli."
Scicluna, kellu rwol fl-investigazzjonijiet tal-każijiet tal-abbużi sesswali fil-kleru.
Fl-2012, ir-rivista tal-Vatikan semmiet lil Scicluna bħala wieħed mill-għaxar persuni li emmnu li servew ta' eżempju ta' kuraġġ, karità u fedeltà lejn il-Knisja.